Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Prosegur Compañía de Seguridad SA vs Il-Kumissjoni Ewropea

(Kawża C-55/19 P) 1

(Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Sistema fiskali – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Kundizzjoni dwar is-selettività – Sistema ta’ referenza – Deroga – Differenza fit-trattament – Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Prosegur Compañía de Seguridad SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Prosegur Compañía de Seguridad SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 112, 25.03.2019.