Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 - Van Beers vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozjoni - Proċedura ta' ċertifikazzjoni - Proċedura 2006 - Nuqqas li jitniżżel l-isem tar-rikorrenti fil-lista tal-uffiċjali magħżula - Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabelle Van Beers (Woluwé-St-Étienne, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2007 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għall-proċedura ta' ċertifikazzjoni 2006.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 22, 26.01.2007, p.57.