Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Settembru 2010 - Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-426/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannnulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar użat għall-prestressing;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, skont l-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ammont tal-multa imposta permezz tal-imsemmija deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni li hija s-suġġett ta' din il-kawża hija l-istess bħad-deċiżjoni kkontestata fil-Kawża T-385/10, Arcelor Mittal et vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti tallega fil-konkret:

L-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE fir-rigward tal-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lil MRT għall-ksur allegat tal-imsemmi artikolu peress li, minn naħa, hija TYCSA (KPS) u mhux MRT li hija responsabbli għall-allegat parteċipazzjoni ta' TYCSA S.L. fl-aġir deskritt fid-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, TYCSA S.L. ma għamlitx parti minn entità ekonomika waħda flimkien ma' GSW/TYCSA. Għaldaqstant, ma hemmx lok li MRT b'xi mod tkun attribwita responsabiltà għall-aġir ta' TYCSA S.L. u TYCSA PSC.

It-twettiq ta' żbalji ta' fatt u ta' liġi fl-evalwazzjoni tal-aġir imputat, peress li l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra b'mod żbaljat li l-ftehim u l-laqgħat kollha li seħħew f'diversi Stati Membri, f'perijodi differenti, b'parteċipanti differenti u b'għanijiet differenti jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE. Barra minn hekk, il-ftehim identifikati ma jikkostitwixxux ġabra koerenti ta' miżuri immirati sabiex jinkiseb għan waħdieni.

B'mod sussidjarju, ir-rikorrenti titlob l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa talli kisret il-prinċipji ta' proporzjonalità, ta' aspettattivi leġittimi, ta' nuqqas ta' retroattività u ta' ċertezza legali, tal-fatt li l-linji gwida tal-1998 dwar il-kalkolu tal-multi ma ġewx applikati; u peress li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni ċerti ċirkustanzi attenwanti u minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża u nuqqas ta' motivazzjoni.

____________