Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2024 – Penta system vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Penta system Srl (Modugno, l-Italja) (rappreżentant: K. Duchoňová, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Novembru 2023 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti JRC/IPR/2022/RP/1912 – Servizzi ta’ Operazzjonijiet u Manutenzjoni tal-Faċilitajiet għall-Immaniġġjar tal-Iskart Radjuattiv (RAMA) u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tilqa’ l-offerta ta’ [ommissis] għal JRC/IPR/2022/RP/1912 – Servizzi ta’ Operazzjonijiet u Manutenzjoni tal-Faċilitajiet għall-Immaniġġjar tal-Iskart Radjuattiv (RAMA);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura arbitrarja tad-deċiżjoni u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tal-istess deċiżjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

It-tielet motiv ibbażat fuq ċaħda ta’ aċċess għal informazzjoni.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

____________