Language of document : ECLI:EU:T:2008:69





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2008 – Sebirán vs UASI – El Coto de Rioja (Coto D’Arcis)

(Kawża T-332/04)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat‑trade mark figurattiva Coto D’Arcis – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti EL COTO u COTO DE IMAZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar‑Regolament (KE) Nru 40/94” 

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45, 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-15 ta’ Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Coto de Rioja, SA u Sebirán, SL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Sebirán, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva Coto D’Arcis għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 – Applikazzjoni Nru 1558113

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat in sostenn ta’ l‑oppożizzjoni:

El Coto de Rioja, SA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Trade marks Komunitarji verbali EL COTO (Nru 339408) u COTO DE IMAZ (Nru 339333) li jaqgħu fil‑klassijiet 29, 32 u 33; trade mark internazzjonali Nru 442377; u trade marks Spanjoli Nri 877219, 907966, 907967, 907985, 907989, 907993, 907994, 907995, 983888, 1290986, 1614514, 1758975 u 2172691.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l‑Oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Deċiżjoni tad‑Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni annullata parzjalment, reġistrazzjoni tat-trade mark irrifjutata għall‑klassijiet 32 u 33.


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talba ta’ El Coto de Rioja, SA għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tat‑Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Ġunju 2004 (Każ R 550/2003-2) hija miċħuda.

3)

Sebirán, SL hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ l‑UASI u għal nofs l-ispejjeż ta’ El Coto de Rioja.

4)

El Coto de Rioja hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż tagħha.