Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-134/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tar-rikorrenti skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment aċċettata mir-rikorrenti u wara l-iskadenza ta’ terminu raġonevoli biex jibbenefikaw mill-possibbiltà li jittrasferixxu d-drittijiet għal pensjoni tagħhom.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2011 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti intiża sabiex ikollhom l-elementi kollha rilevanti biex jiddiċiedu, jekk neċessarju, li jitrasferixxu id-drittijiet għal pensjoni tagħhom;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 500 għal kull xahar ta’ dewmien fit-trasmissjoni ta’ offerta, debita, ta’ trasferimenti tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti u dan, mill-jum li fih il-PMO ddeċieda li jirtira l-offerta aċċettata mir-rikorrenti u l-fondi tal-pensjoni, jiġifieri fil-25 ta’ Jannar għall-ewwel rikorrent u fil-5 ta’ Frar għat-tieni rikorrent, jew mill-inqas, miċ-ċaħda, fid-9 ta’ Marzu 2011, tat-talba għal assistenza tagħhom;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.