Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-131/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-proposta kkalkulata mill-ġdid tal-PMO.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2011 li tannulla u tissostitwixxi l-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-talba tiegħu skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li tinkludi proposta ġdida kkalkulata abbażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.