Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – BV vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/11) 1

(Servizz pubbliku – Ħatra – Kandidati inklużi fil-listi ta’ riżerva tal-kompetizzjonijiet li l-avviż dwarhom ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda – Klassifikazzjoni fi grad – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni minħabba l-età – Moviment liberu tal-persuni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Intervenjent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Herrmann u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti, inkluża fil-lista ta’ riżerva għall-kompetizzjoni EPSO/A/17/04 li l-avviż dwarha ġie ppubblikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, fil-grad AD 6, skala 2, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostuti mill-Kummissjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.