Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-134/11)
(Servizz pubbliku – Dmir ta’ assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ċaħda tat-talba għal assistenza – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni – Rinunzja għat-talba għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni fil-mori tal-kawża – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar iċ-ċaħda tat-talba għal assistenza)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppen, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, J.-N. Nouis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tar-rikorrenti skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal wara l-irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment aċċettata mir-rikorrenti u wara li kien skada terminu raġonevoli sabiex jibbenefikaw mill-fakultà li jittrasferixxu d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-Kawża F-134/11, G. Cocchi u N. Falcione vs Il-Kummissjoni.
G. Cocchi, Nicola Falcione u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________