Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Mejju 2007 - Spanja vs Il-Kummissjoni
("Sajd - Regolament (KE) Nru 494/2002 - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar - Bażi legali - Prinċipju ta' non diskriminazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni")
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn, F. Jimeno Fernández u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII, a, b, d u e (ĠU L 77, p. 8).
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
____________1 - ĠU C 144 tal-15.6.2007 (qabel kienet kawża C-165/02)