Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2013 – Photo USA Electronic Graphic vs Il-Kunsill

(Kawża T-394/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Photo USA Electronic Graphic, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Adamantopoulos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, p. 1), sa fejn dan jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill (iktar ’il quddiem l-“istituzzjonijiet”) wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi inkludew maggijiet taċ-ċeramika miksija b’poliester sempliċi fl-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li meta ġabru flimkien maggijiet taċ-ċeramika miksija ma’ tipi oħra ta’ oġġetti ta’ fuq il-mejda u oġġetti tal-kċina tal-ġebel, l-istituzzjonijiet naqsu milli jagħmlu paragun xieraq bi ksur tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolamenent bażiku”)It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku billi naqsu milli janalizzaw b’mod xieraq l-effetti ta’ prattiki antikompetittivi investigati mill-Bundeskartellamt (Awtorità tal-Kompetizzjoni Ġermaniża) fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tissottometti li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludew illi prattiki antikompetittivi ma kellhomx effett fuq indikaturi mikro u makro ekonomiċi.Ir-ra

ba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku billi naqsu milli jwettqu eżaminazzjoni oġġettiva tas-sitwazzjoni fl-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tissottometti illi l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludew li prattiki antikompetittivi ma kellhomx effett fuq indikaturi mikro u makro ekonomiċi.