Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2009 - Clearstream vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/04)1

"Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Servizzi finanzjarji - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE - Rifjut li jiġu pprovduti servizzi transkonfinali ta' clearing u ta' konklużjoni - Prezzijiet diskriminatorji - Suq rilevanti - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur"

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Clearstream Banking AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja); u Clearstream International SA (Lussemburgu, Lussemburgu) (rappreżentanti: H. Satzky u B. Maassen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, A. Nijenhuis u M. Schneider, sussegwentement A. Nijenuis u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 1958 finali, tat-2 ta' Ġunju 2004, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE [Każ COMP/38.096 Clearstream (clearing u konklużjoni)].

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Clearstream Banking AG u Clearstream International SA huma kkundanati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 262, 26.10.2004.