Language of document : ECLI:EU:T:2012:333

Kawża T-370/09

GDF Suez SA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ġermaniż u Franċiż tal-gass naturali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq — Tul tal-ksur — Multi”

Sommarju tas-sentenza

1.      Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti

(Artikolu 81(1) KE)

2.      Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Element mhux neċessarju — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali intenzjoni mill-Kummissjoni jew mill-qorti tal-Unjoni — Ammissibbiltà

(Artikolu 81(1) KE)

3.      Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Ftehim intiż li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Tfittxija simultanja ta’ għanijiet leġittimi — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 81(1) KE)

4.      Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Ftehim intiż li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Konklużjoni fl-interess kummerċjali jew le tal-impriżi — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 81(1) KE)

5.      Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest ġuridiku u ekonomiku — Suq ikkaratterizzat minn monopolju legali jew fattwali — Perspettivi ta’ liberalizzazzjoni — Evalwazzjoni

(Artikolu 81(1) KE)

6.      Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Klassifikazzjoni ta’ impriża bħala kompetitur potenzjali — Kriterji — Element essenzjali — Kapaċità ta’ impriża li tidħol fis-suq rilevanti — Suq ikkaratterizzat minn monopolju jew — Effett

(Artikolu 81(1) KE)

7.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni — Obbligu li jiġu eżaminati l-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha mqajma mill-persuni kkonċernati — Assenza

(Artikoli 81 KE, 82 KE u 235 KE)

8.      Akkordji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ftehim jew prattiki relatati ma’ suq ikkaratterizzat mill-assenza ta’ kwalunkwe kompetizzjoni potenzjali

(Artikolu 81(1) KE)

9.      Akkordji — Ksur kumpless li jinkludi elementi ta’ ftehim u elementi ta’ prattika miftiehma — Klassifikazzjoni unika bħala “ftehim/prattika miftiehma” — Ammissibbiltà — Konsegwenzi fir-rigward tal-provi li għandhom jinġabru

(Artikolu 81(1) KE)

10.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Prova dedotta minn ċertu numru ta’ indizji u ta’ koinċidenzi li jipprovaw l-eżistenza u t-tul ta’ aġir antikompetittiv kontinwu — Assenza ta’ prova li tikkonċerna ċerti perijodi determinati mill-perijodu globali kkunsidrat — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 81(1) KE)

11.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Provi dokumentali — Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument — Kriterji — Dokumenti interni ta’ impriża

(Artikolu 81(1) KE)

12.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Deċiżjoni bbażata fuq provi dokumentali — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur

(Artikoli 81 KE u 82 KE)

13.    Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà

14.    Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Għan jew effett antikompetittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Skambju ta’ informazzjoni fuq suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna — Inammissibbiltà

(Artikolu 81(1) KE)

15.    Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom għan antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti li jiġi konkluż li kien hemm parteċipazzjoni għall-akkordji sussegwenti — Obbligi probatorji tal-impriża li tikkontesta l-intenzjoni antikompetittiva tagħha

(Artikolu 81(1) KE)

16.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi — Kunċett ta’ “sanzjonijiet” fis-sens tar-Regolament Nru 1/2003 — Sanzjonijiet pekunjarji — Inklużjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur — Esklużjoni

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7 u 25)

17.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi — Bidu tad-dekorrenza — Ksur uniku u kontinwu — Assenza ta’ manifestazzjoni tal-ksur matul ċerti perijodi mill-perijodu globali kkunsidrat — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 81(1) KE)

18.    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Aġir impost minn miżuri statali — Esklużjoni — Suq nazzjonali kkaratterizzat minn monopolju legali kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni — Assenza ta’ kuntest ġuridiku li jelimina kwalunkwe possibbiltà ta’ aġir antikompetittiv — Konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq minn impriża kkontrollata mill-Istat — Ammissibbiltà

(Artikoli 81 KE u 82 KE)

19.    Akkordji — Projbizzjoni — Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mill-waqfien formali tagħhom — Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE

(Artikolu 81(1) KE)

20.    Akkordji — Ftehim bejn impriżi — Impriża li pparteċipat fi ftehim antikompetittiv — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Ilmenti dwar il-kompetizzjoni eżerċitata mill-impriża — Ċirkustanzi li ma jippermettux neċessarjament li tiġi eskluża l-parteċipazzjoni tal-impriża fil-ftehim

(Artikolu 81(1) KE)

21.    Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ akkordju — Operatur li jieħu inkunsiderazzjoni l-ilmenti ta’ operatur ieħor dwar il-kompetizzjoni eżerċitata minnu stess — Inklużjoni

(Artikolu 81(1) KE)

22.    Akkordji — Prattika miftiehma — Skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ akkordju jew għall-finijiet tal-preparazzjoni tiegħu — Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni skambjata — Preżunzjoni

(Artikolu 81(1) KE)

23.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Ksur uniku u kontinwu fuq żewġt iswieq nazzjonali — Tul ta’ ksur differenti fuq kull wieħed minn dawn iż-żewġt iswieq — Portata tal-oneru probatorju

(Artikoli 81 KE u 82 KE)

24.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni — Natura indikattiva

(Artikoli 81(1) KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))

25.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Marġni diskrezzjonali rriżervat għall-Kummissjoni — Żieda tal-livell ġenerali tal-multi — Ammissibbiltà — Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-pieni — Assenza

(Artikoli 81 KE u 82 KE); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

26.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza ta’ sanzjoni kontra operatur ekonomiku — Ċirkustanza li ma tistax, waħidha, tfixkel milli tiġi imposta multa fuq l-awtur ta’ ksur tal-istess natura

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

27.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Elementi ta’ evalwazzjoni — Ksur partikolarment gravi — Taqsim tas-suq

(Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 19, 21 u 23)

28.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Determinazzjoni tal-perċentwali tal-valur tal-bejgħ tal-impriża — Kriterji

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 22 u 25)

29.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Parteċipazzjoni mnaqqsa — Kundizzjonijiet — Portata tal-oneru probatorju

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29(3))

30.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Aġir antikompetittiv awtorizzat jew inkoraġġut mill-awtoritajiet pubbliċi — Suq nazzjonali kkaratterizzat minn monopolju legali u li jinsab f’fażi ta’ liberalizzazzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29(5))

31.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Effett

(Artikolu 229 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 62, 63)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 64)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 65, 74)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 70)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 77-80)

6.      L-Artikolu 81(1) KE huwa applikabbli biss fis-setturi miftuħa għall-kompetizzjoni, fid-dawl tal-kundizzjonijiet imsemmija minn dan it-test u relatati mal-effett tan-negozju bejn l-Istati Membri u mar-riperkussjonijiet fuq il-kompetizzjoni. L-eżami tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huwa bbażat mhux biss fuq il-kompetizzjoni attwali li teżisti bejn l-impriżi li huma diġà preżenti fis-suq inkwistjoni, iżda wkoll fuq il-kompetizzjoni potenzjali. F’dan ir-rigward, għalkemm l-intenzjoni ta’ impriża li tidħol f’suq hija eventwalment rilevanti għall-finijiet tal-verifika dwar jekk hija tistax tiġi kkunsidrata bħala kompetitur potenzjali fl-imsemmi suq, l-element essenzjali li fuqu għandha tistrieħ tali klassifikazzjoni huwa madankollu kkostitwit bil-kapaċità tagħha li tidħol fl-imsemmi suq.

Fir-rigward ta’ suq nazzjonali kkaratterizzat mill-eżistenza ta’ monopolji territorjali fattwali, iċ-ċirkustanza li tgħid ma kienx jeżisti, fuq dan is-suq, monopolju legali, hija mingħajr rilevanza. Fil-fatt, sabiex jiġi ddeterminat jekk, f’suq, teżistix kompetizzjoni potenzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltajiet reali u konkreti li l-impriżi kkonċernati jikkompetu bejniethom jew li kompetitur ġdid ikun jista’ jidħol f’dan is-suq u jikkompeti mal-impriżi stabbiliti. Dan l-eżami tal-Kummissjoni għandu jsir fuq bażi oġġettiva ta’ dawn il-possibbiltajiet, b’tali mod li ċ-ċirkustanza li tgħid li dawn huma esklużi minħabba monopolju li jsib l-oriġini tiegħu direttament fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew, indirettament, fis-sitwazzjoni fattwali li tirriżulta mill-implementazzjoni tagħha, hija mingħajr effett.

Fil-fatt, il-possibbiltà purament teoretika ta’ dħul ta’ kumpannija fuq tali suq ma hijiex suffiċjenti sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ tali kompetizzjoni.

(ara l-punti 81, 82, 84, 95, 98, 99)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 117, 195)

8.      L-Artikolu 81(1) KE japplika biss għal ftehim li għandu mnejn jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju jirriżulta b’mod ġenerali mill-preżenza ta’ diversi elementi li, meħuda waħedhom, ma humiex neċessarjament determinanti. Biex jiġi vverifikat jekk akkordju jaffettwax partikolarment il-kummerċ bejn Stati Membri, dan għandu jiġi eżaminat fil-kuntest ekonomiku u ġuridiku tiegħu. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-influwenza ta’ akkordju fuq il-kummerċ huwa sfavorevoli, newtrali jew favorevoli ma tantx huwa rilevanti. Fil-fatt, restrizzjoni ta’ kompetizzjoni hija ta’ natura li taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri meta hija tista’ toħloq distorsjoni fuq it-tendenzi kummerċjali li b’xi mod jew ieħor setgħu segwew.

Barra minn hekk, il-kapaċità ta’ akkordju li jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, jiġifieri l-effett potenzjali tiegħu, hija biżżejjed sabiex dan jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u ma huwiex neċessarju li jiġi pprovat effett ħażin effettiv fuq il-kummerċ. Madankollu, huwa neċessarju li l-effett potenzjali tal-akkordju fuq il-kummerċ bejn l-Istati jkun sinjifikattiv, jew, fi kliem ieħor, li ma jkunx insinjifikattiv.

Fil-fatt, akkordju li jkun mifrux mat-territorju kollu ta’ Stat Membru għandu, min-natura tiegħu stess, l-effett li jikkonsolida t-tqassim ta’ natura nazzjonali, u b’hekk jostakola l-interpenetrazzjoni ekonomika mixtieqa mit-Trattat.

Fir-rigward ta’ swieq nazzjonali kkaratterizzati minn monopolju legali jew fattwali, peress li l-Kummissjoni ma pprovatx l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali fuq tali swieq, hija ma tistax tikkunsidra li l-ftehim jew prattiki relatati ma’ dawn is-swieq jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stat Membri.

(ara l-punti 122-126)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 133-135)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 136-138, 141, 151, 155, 156, 220, 221, 223, 228)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 161, 172, 224-226)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 178, 264)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 202, 203)

14.    Prattika miftiehma tikkontempla forma ta’ koordinazzjoni bejn impriżi li, mingħajr ma tkun wasslet għall-konklużjoni ta’ ftehim uffiċjali, tissostitwixxi intenzjonalment kooperazzjoni prattika bejniethom għar-riskji tal-kompetizzjoni. Il-kriterji ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li jikkostitwixxu prattika miftiehma għandhom jitqiesu fid-dawl tal-kunċett inerenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni, fejn kull operatur ekonomiku għandu jistabbilixxi b’mod indipendenti l-politika li huwa jkun intenzjonat japplika fis-suq komuni.

Għalkemm dan ir-rekwiżit ta’ awtonomija ma jeskludix id-dritt tal-operaturi ekonomiċi milli jadattaw ruħhom b’mod għaqli għall-aġir ikkonstatat jew mifhum tal-kompetituri tagħhom, huwa madankollu jipprekludi rigorożament kull kuntatt dirett jew indirett bejn dawn l-operaturi ekonomiċi li bih jiġi influwenzat l-aġir fis-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali, jew jiġi żvelat lil dan il-kompetitur id-deċiżjonijiet jew id-deliberazzjonijiet tagħha dwar l-aġir tagħha fis-suq, meta dawn il-kuntatti jkollhom bħala għan jew effett li jwassal għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jkunux dawk normali tas-suq inkwistjoni, fid-dawl tan-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, tal-importanza u tan-numru ta’ impriżi u tal-volum tal-imsemmi suq.

F’suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna, l-iskambju ta’ informazzjoni jippermetti lill-impriżi sabiex isiru jafu l-pożizzjonijiet fis-suq u l-istrateġiji kummerċjali tal-kompetituri tagħhom u, b’hekk, jgħawġu b’mod kunsiderevoli l-kompetizzjoni li teżisti bejn l-operaturi ekonomiċi. L-informazzjoni skambjata ma għandhiex neċessarjament tikkonċerna informazzjoni dettaljata. Fil-kuntest ta’ suq oligopolistiku, l-iskambju ta’ informazzjoni, anki ta’ natura ġenerali, li jikkonċerna b’mod partikolari l-istrateġija kummerċjali ta’ impriża, huwa f’pożizzjoni li jippreġudika l-kompetizzjoni. Barra minn hekk, kemm-il darba l-impriża li tkun ipparteċipat fil-prattika miftiehma tkun għadha attiva fis-suq inkwistjoni, il-preżunzjoni tar-rabta kawżali bejn il-prattika miftiehma u l-aġir ta’ dik l-impriża fis-suq hija applikabbli anki jekk il-prattika miftiehma tkun ibbażata biss fuq laqgħa waħda bejn l-impriżi kkonċernati.

Għaldaqstant, f’tali kuntest, iċ-ċirkustanza fejn impriżi ma skambjawx informazzjoni bejniethom dwar l-ispejjeż, il-prezzijiet, il-volumi mibjugħa jew il-klijenti, ma hijiex rilevanti, ġaladarba huwa biżżejjed, fil-kuntest ta’ suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna, li kien hemm skambju ta’ informazzjoni.

(ara l-punti 211-213, 247, 249)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 215)

16.    Fil-kuntest ta’ proċedura fil-qasam tal-kompetizzjoni, deċiżjoni ta’ konstatazzjoni ta’ ksur ma tikkostitwixxix sanzjoni taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 u għaldaqstant ma hijiex koperta mill-preskrizzjoni stipulata f’din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, il-Kap VI tar-Regolament 1/2003, li jittratta s-sanzjonijiet, ikopri biss il-multi u l-penalitajiet perijodiċi u ebda dispożizzjoni minn dan ir-regolament ma tippermetti li jiġi kkunsidrat li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 7 tiegħu, li permezz tagħhom hija tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 81 KE jew 82 KE, jaqgħu taħt is-sanzjonijiet imsemmija fl-imsemmi kapitolu. B’hekk, il-preskrizzjoni tas-setgħa li jiġu imposti multi u penalitajiet perijodiċi ma tistax timplika neċessarjament il-preskrizzjoni tas-setgħa impliċita li jiġi kkonstatat il-ksur.

(ara l-punt 272)

17.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 275)

18.    L-Artikoli 81 KE u 82 KE jkopru biss aġir anti-kompetittiv adottat mill-impriżi fuq inizjattiva tagħhom stess. Jekk aġir anti-kompetittiv ikun impost fuq l-impriżi permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali jew jekk din toħloq qafas legali li minnu nnifsu jelimina kull possibbiltà ta’ aġir kompetittiv min-naħa tagħhom, l-Artikoli 81 KE u 82 KE ma humiex applikabbli. F’sitwazzjoni tali, effettivament, ir-restrizzjoni ta’ kompetizzjoni ma tkunx ikkawżata, kif jimplikaw dawn id-dispożizzjonijiet, mill-aġir awtonomu tal-impriżi. Min-naħa l-oħra, l-Artikoli 81 KE u 82 KE jistgħu japplikaw jekk jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti l-possibbiltà ta’ kompetizzjoni li tista’ tiġi prekluża, ristretta jew imfixkla permezz ta’ aġir awtonomu tal-impriżi.

Għalhekk, fir-rigward ta’ suq nazzjonali kkaratterizzat mill-eżistenza ta’ monopolju legali, il-Kummissjoni tista’ tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx ittraspona fit-terminu legali direttiva intiża għall-ħolqien ta’ suq kompetittiv u li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, anki jekk tkun għadha formalment fis-seħħ, ma tistax tibqa’ tiġi kkunsidrata, fil-prattika, li timponi l-aġir antikompetittiv jew li toħloq kuntest ġuridiku li hu stess jelimina kwalunkwe possibbiltà ta’ aġir kompetittiv min-naħa tal-impriżi.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom joqogħdu lura milli japplikaw, mill-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva, li l-għan tagħha kien li jinħoloq suq kompetittiv, kull dispożizzjoni li tmur kontriha. Huma ma jistgħux b’mod partikolari jinvokaw tali dispożizzjonijiet fil-konfront ta’ kompetituri ta’ impriża li tixtieq tidħol fis-suq nazzjonali. Fil-fatt, il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni jeżiġi li ma tiġix applikata kwalsijasi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tmur kontra regola tal-Unjoni, indipendentement mill-fatt jekk ġietx qabel jew wara din tal-aħħar. Barra minn hekk, fost in-numru ta’ entitajiet li fil-konfront tagħhom jistgħu jiġu invokati d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jista’ jkollhom effetti diretti jirriżulta korp li, tkun xi tkun il-forma ġuridika tiegħu, ikun ġie inkarigat bis-saħħa ta’ att tal-awtorità pubblika li jwettaq, taħt il-kontroll tagħha, servizz ta’ interess pubbliku u li jkollu, għal dan il-għan, setgħat eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi.

(ara l-punti 312-314, 317, 323)

19.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 326)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 354-355)

21.    Fil-qasam tal-kompetizzjoni, meta operatur ekonomiku jaċċetta l-ilmenti indirizzati lilu minn operatur ieħor dwar il-kompetizzjoni magħmula fil-konfront tal-prodotti tiegħu, l-aġir tal-partijiet ikkonċernati jikkostitwixxi prattika miftiehma.

(ara l-punt 357)

22.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 363)

23.    Peress li deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni tagħmel distinzjoni bejn it-tul tal-ksur fuq suq nazzjonali u fuq suq ġar, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-provi neċessarji li jippermettu li jiġi pprovat suffiċjentement kif meħtieġ mil-liġi l-eżistenza tal-ksur fiż-żewġt iswieq u matul it-tul ta’ żmien imsemmi. Fil-fatt, hija għandha l-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza tal-ksur, u, għaldaqstant, tat-tul tiegħu

Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jitqiegħdux inkwistjoni biċ-ċirkustanza li l-ksur jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu. Fil-fatt, din iċ-ċirkustanza fir-rigward tan-natura tal-ksur ikkonstatat hija mingħajr effett fuq il-fatt li, ladarba l-Kummissjoni deliberatament semmiet, fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, tul tal-ksur distint f’kull wieħed mis-swieq kkonċernati, din għandha l-obbligu li tipprova suffiċjentement skont kif meħtieġ mil-liġi t-tul ta’ ksur li għalhekk ġie kkunsidrat.

(ara l-punti 374, 375)

24.    Il-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni ma sservix fiha nnifisha bħala qafas legali għall-multi fil-qasam tal-kompetizzjoni, ġaladarba dan huwa ddefinit biss fir-Regolament Nru 1/2003 u fil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi mogħtija skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003. B’hekk, deċiżjonijiet li jikkonċernaw każijiet oħra huma biss ta’ natura indikattiva fir-rigward tal‑eżistenza eventwali ta’ diskriminazzjoni, peress li ma tantx huwa probabbli li ċirkustanzi li jkunu partikolari għalihom, bħas-swieq, il-prodotti, l-impriżi u l‑perijodi kkonċernati, ikunu identiċi.

Madankollu, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jipprekludi li sitwazzjonijiet paragunabbli jiġu ttrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament ġustifikat, għandu jiġi osservat mill-Kummissjoni meta timponi multa fuq impriża minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bħal ma għandu jiġi osservat minn kull istituzzjoni fl-attivitajiet kollha tagħha.

Xorta jibqa’ l-fatt li d-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-multi jistgħu jkunu rilevanti fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament biss jekk jiġi pprovat li d-data ċirkustanzjali tal-kawżi relatati ma’ dawn id-deċiżjonijiet l-oħra, bħas-swieq, il-prodotti, il-pajjiżi, l-impriżi u l-perijodi kkonċernati, huma paragunabbli ma’ dawk inkwistjoni.

(ara l-punti 385-387)

25.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 397)

26.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 398)

27.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 414-416, 420, 421)

28.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 427, 428, 430, 431)

29.    Mill-punt 29 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li, fil-kuntest ta’ proċedura mibdija għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jitnaqqas, b’mod partikolari, meta l-aġir antikompetittiv ikun ġie awtorizzat jew inkoraġġut mill-awtoritajiet pubbliċi jew mil-leġiżlazzjoni, jew meta l-impriża kkonċernata tipproduċi l-prova li l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur hija sostanzjalment ridotta u b’hekk turi li, matul il-perijodu li matulu hija ħadet sehem fil-ftehim, hija effettivament baqgħet lura milli timplementah billi adottat aġir kompetittiv fis-suq.

Sabiex tibbenefika miċ-ċirkustanza attenwanti marbuta ma’ parteċipazzjoni ridotta għal ksur, impriża għandha turi li, matul il-perijodu li fih ir-rikorrenti ħadet sehem fil-ftehim li ta lok għall-imsemmi ksur, hija effettivament baqgħet lura milli timplementah billi adottat imġiba kompetittiva fis-suq jew, minn tal-anqas, li hija b’mod ċar u kunsiderevoli kisret l-obbligi intiżi għall-implementazzjoni ta’ dan l-akkordju b’tali mod li fixklet l-istess funzjonament tiegħu. Fi kliem ieħor, hija għandha turi li hija ma applikatx il-ftehim kontenzjuż, billi f’dan ir-rigward tkun aġixxiet fis-suq b’mod li jmur kontra l-effetti antikompetittivi tal-ksur ikkonstatat.

F’dan ir-rigward, impriża li ssegwi, minkejja l-ftehim mal-kompetituri tagħha, politika bejn wieħed u ieħor indipendenti fis-suq tista’ sempliċiment tipprova tuża l-akkordju għall-vantaġġ tagħha. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-fatt li impriża ppruvat tevita r-restrizzjoni inkwistjoni ma jippermettix li jiġi pprovat aġir fis-suq li jista’ jipprekludi l-effetti antikompetittivi tal-ksur ikkonstatat.

(ara l-punti 436, 439, 441)

30.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 447-451)

31.    Il-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija, b’applikazzjoni tal-Artikolu 229 KE, lill-Qorti Ġenerali mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 tawtorizza lil din tal-aħħar, lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità tas-sanzjoni, li tippermetti biss li jiġi miċħud ir-rikors għal annullament jew li jiġi annullat l-att ikkontestat, sabiex tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, sabiex tibdel l-att ikkontestat, anki fin-nuqqas ta’ annullament, meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha fattwali, billi tiġi mmodifikata b’mod partikolari l-multa imposta meta l-kwistjoni tal-ammont tagħha tkun suġġetta għall-evalwazzjoni tagħha.

F’dan ir-rigward, l-Qorti Ġenerali ma hijiex marbuta bil-kalkoli tal-Kummissjoni u lanqas bil-linji gwida tagħha meta tiddeċiedi fid-dawl tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, iżda għandha twettaq l-evalwazzjoni tagħha billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ.

(ara l-punti 461, 462)