Rikors ippreżentat fit-22 ta' Settembru 2009 - Sociedade Quinta do Portal vs UASI - Vallegre - Vinhos do Porto (PORTO ALEGRE)
(Kawża T-369/09)
Lingwa tar-rikors: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedade Quinta do Portal, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: B. Belchior, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vallegre-Vinhos do Porto, SA (Sabrosa, il-Portugall)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 1012/2008-1, li tiċħad l-appell, ippreżentat mir-rikorrenti, mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE; u
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark verbali PORTO ALEGRE għal prodotti fil-klassi 33
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark verbali preċedenti Portugiża VISTA ALEGRE, għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell għamel interpretazzjoni żbaljata ta' din id-dispożizzjoni u, b'hekk, ikkunsidra b'mod żbaljat li kien jeżisti riskju ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
____________