Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag b’sede f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – A u S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-550/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag b’sede f’Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A u S

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domanda preliminari

Fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja tar-refuġjati, “minorenni mhux akkompanjat” fis-sens tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86/CE 1 għandha wkoll tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat taħt it-tmintax-il sena, li tidħol fit-territorju ta’ Stati Membru mhux akkompanjata minn adulti responsabbli għaliha bil-liġi jew b’użanza, u li:

titolb l-ażil,

tagħlaq it-tmintax-il sena matul il-proċedura ta’ ażil, fit-territorju tal-Istat Membru,

tingħata l-ażil b’effett retroattiv mid-data tat-talba, u

titlob sussegwentement ir-riunifikazzjoni tal-familja?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).