Language of document : ECLI:EU:C:2017:528





Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2017 – Gollnisch vs IlParlament

Kawża C189/17 P(R)

“Appell – Digriet għal miżuri provviżorji – Il-Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ allowances imħallsa bħala rimbors għall-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari – Urġenza”

1.      Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà

[Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d)]

(ara l-punt 28)

2.      Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1))

(ara l-punti 37, 38)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bruno Gollnisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.