Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2014 – Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/11) 1

(“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi – Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tax-xerrej tal-assi ċeduti – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali li tikkonċerna l-istess proċedura – Interess ġuridiku – Ksur tal-Artikolu 266 TFUE – Ksur tal-impenji imposti mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali – Distinzjoni bejn kundizzjonijiet u obbligi – Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività – Evalwazzjoni tal-kandidatura taċ-ċessjonarju – Indipendenza taċ-ċessjonarju meta mqabbel maċ-ċedent – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Paris, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, sussegwentement minn O. Fréget, L. Eskenazi u D. Béranger u fl-aħħar nett minn O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, O. Beynet u S. Noë, aġenti)

Partijiet intervenjanti insostenn tal-konvenuta: Lagardère SCA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure, J.-B. Pinçon u L.Bary, avukati); u Wendel (Pariġi) (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon u A. Gosset-Grainville, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 3503, tat-13 ta’ Mejju 2011, meħuda fil-Każ COMP/M.2978 – Lagardère/Natexis/VUP, wara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2010, Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni (T-452/04, Ġabra, EU:T:2010:385), li permezz tagħha l-Kummissjoni approvat għal darba oħra lil Wendel Investissement bħala x-xerrejja tal-assi ċeduti abbażi tal-impenji relatati mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2004 li tawtorizza t-tranżazzjoni ta’ konċentrazzjoni Lagardère/Natexis/VUPDispożittivIr-rikors huwa miċħud.L-Éditions Odile Jacob SAS huma kkundannati għall-ispejjeż inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.