Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizz pubbliku tax-xandir – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna implementata mill-awtoritajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark – Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku – Kompatibbiltà ta’ għajnuna – Sentenza Altmark”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK (West Drayton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen, assistita minn K. Lundgaard Hansen, avukat, u finalment C. Thorning, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holgaard, avukati); u TV2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (représentant : O. Koktvedgaard, avukat)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1).DispożittivMa hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, sa fejn huwa ntiż għal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark, sa fejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul mir-reklamar għall-1995 u 1996 mogħti lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Viasat Broadcasting UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.TV2/Danmark A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 138, 12.5.2012.