Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj - ir-Rumanija) – Happy Education SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj

(Kawża C-612/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(i) – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Eżenzjonijiet marbuta mal-edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, mat-tagħlim skolastiku jew universitarju – Provvista ta’ servizzi edukattivi komplimentari għall-programm skolastiku – Organu rregolat mid-dritt privat li jipprovdi dawn is-servizzi għal finijiet kummerċjali)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Happy Education SRL

Konvenut: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “organizzazzjoni li għandha skopijiet simili” għal dawk ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku għall-edukazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, entità privata li teżerċita attivitajiet ta’ tagħlim ta’ interess ġenerali li jikkonsistu, b’mod partikolari, fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet komplementari għall-programm skolastiku, bħalma huma korsijiet ta’ sostenn għax-xogħol tad-dar, programmi edukattivi, korsijiet ta’ lingwi barranin u li kisbet awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, fil-forma tal-għoti tal-Kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”, fis-sens tal-Klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi nazzjonali, meta din l-impriża ma kinitx tissoddisfa, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan ir-rikonoxximent.

____________

1     ĠU C 53, 15.2.2021