Language of document : ECLI:EU:T:2009:80





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 – L’Oréal vs UASI – Spa Monopole (SPALINE)

(Kawża T-21/07)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPALINE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Effett ħażin fuq ir-reputazzjoni — Vantaġġ indebitament miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Użu mingħajr dritt tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża fuq prodotti jew servizzi li ma jixxibhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 21, 24, 25, 35, 36, 40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2006 (Każ R 415/2005-1) dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u L’Oreal SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

L’Oréal SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark Komunitarja SPALINE għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 989236

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali SPA, LIP SPA, SPA SKIN CARE u Les Thermes de Spa għal prodotti fil-klassijiet 3, 32 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     L’Oreal SA hija kkundannata għall-ispejjeż.