Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ġunju 2011 - Morelli vs UASI  Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTA')

(Kawża T-321/11)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaello Morelli (Livorno, l-Italja) (rappreżentant: G. Frenelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (Milano, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-17 ta' Marzu 2011 u dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta' Mejju 2010

tiddikjara li l-oppożizzjoni tar-rikorrent għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 5 890 009 intlaqgħet u tiċħad l-applikazzjoni għal tali trade mark

tikkundanna lill-Associazione Nazionale del Popolo della Libertà għar-rimbors tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "PARTITO DELLA LIBERTA' " (applikazzjoni għal trade mark Nru 5 890 009) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 35, 36, 48, 41 , 42 u 45

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Raffaello Morelli

Trade mark jew sinjal invokat: isem tad-dominju "partitodellaliberta.it" mogħti mill-awtorità proposta għall-assenjazzjoni tad-dominji "it" fid-9 ta' Awwissu 2004 lil Raffaello Morelli, li l-opponenti jiddikjaraw li kienu użati fil-prassi kummerċjali normali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, evalwazzjoni żbaljata tal-kunċett ta' "użu normali fil-prassi kummerċjali" b'riferiment għal isem użat fil-kamp politiku u evalwazzjoni żbaljata tad-dokumenti li juru l-użu kummerċjali tas-sinjal preċedenti.

____________