Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Ottubru 2012 - Harman International Industries vs UASI - Becker (Barbara Becker)

(Kawża T-212/07 REV) 

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harman International Industries, Inc. (Northridge, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Barbara Becker (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2007 (Każ R 502/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Harman International Industries, Inc., u Barbara Becker.

Dispożittiv

1)    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)    Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 183, 4.8.2007.