Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2023 – Cairo Network Srl vs Ministero delle Imprese e del Made in Italy, Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-764/23, Cairo Network)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Cairo Network Srl

Appellati: Ministero delle Imprese e del Made in Italy, Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, interpretati fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) 1 , u tal-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fis-sistema legali Taljana (Artikolu 1(1037) tal-Legge n. 205/2017 (il-Liġi Nru 205/2017)) li, f’sitwazzjoni ta’ rilevanza Komunitarja, tillimita l-effetti tal-azzjoni għall-annullament, billi tipprekludi r-reintegrazzjoni jew l-eżekuzzjoni f’forma speċifika, u tillimita l-protezzjoni kawtelatorja għall-ħlas ta’ ammont provviżorju, u b’hekk tippreġudika l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva?

Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u (3a) u 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (l-hekk imsejħa “Direttiva Kwadru”), kif emendata bid- Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi 1 , kif ukoll l-Artikoli 5, 6, 8, 9 u 45 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema tat-tip bħal dak introdott fir-Repubblika Taljana bl-Artikolu 1(1031a) tal-Legge di Bilancio 2018 (il-Liġi tal-Baġit tal-2018), kif introdott mill-Artikolu 1(1105) tal-Legge di Bilancio 2019 (il-Liġi tal-Baġit tal-2019), li ċċaħħad jew, fi kwalunkwe każ, tillimita b’mod sinjifikattiv l-awtorità amministrattiva indipendenti mill-funzjonijiet regolatorji tagħha, billi tipprovdi għall-għoti ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni ulterjuri permezz ta’ proċedura bi ħlas b’aġġudikazzjoni lill-ogħla offerent u bil-parteċipazzjoni tal-operaturi diġà stabbiliti (incumbent)?

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5, 7 u 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) 1 , l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi 2 , il-premessi Nru 11 u Nru 20 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni, u l-prinċipji ta’ ekwità, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema bħal dik introdotta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti (Artikolu 1(1030), (1031), (1031a), (1031b), (1032), tal-Legge n. 205/2017 (il-Liġi Nru 205/2017)), kif ukoll mid-deliberazzjonijiet tal-A.G.Com n. 39/19/CONS, 128/19/CONS, 564/2020/CONS u mid-dispożizzjonijiet relattivi ta’ għoti ta’ drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi għas-servizz tat-televiżjoni diġitali, li għall-finijiet tal-konverżjoni “tad-drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi” fi “drittijiet ta’ użu tal-kapaċità ta’ trażmissjoni” ma tipprovdix konverżjoni ekwivalenti iżda tirriżerva parti mill-kapaċità għal proċedura bi ħlas li timponi spejjeż addizzjonali fuq l-operatur sabiex jiżgura ż-żamma tad-drittijiet miksuba leġittimament matul iż-żmien?

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5, 7 u 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-premessi Nru 11 u Nru 20 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/899, u l-prinċipji ta’ ekwità, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza, jipprekludu [sistema], bħal dik introdotta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti (Artikolu 1(1030), (1031), (1031a), (1031b), (1032), tal-Legge n. 205/2017 (il-Liġi Nru 205/2017)), kif ukoll mid-deliberazzjonijiet tal-A.G.Com n. 39/19/CONS, 128/19/CONS, 564/2020/CONS u mid-dispożizzjonijiet relattivi ta’ għoti ta’ drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi għas-servizz tat-televiżjoni diġitali, li ma tadottax miżuri ta’ natura strutturali sabiex tistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza stabbilita qabel anki fid-dawl tal-irregolaritajiet ivverifikati preċedentement mill-ġurisprudenza interna u minn dik sovranazzjonali, u ma tiddistingwix il-pożizzjoni tal-operatur li jkun akkwista frekwenza fl-aħħar ta’ proċedura bil-ħlas kompetittiva li kienet tipprevedi d-dritt għaż-żamma tal-istess frekwenza, jew, inkella, il-miżuri mhux strutturali adottati mill-Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni fir-rigward tal-impriżi diġà stabbiliti (incumbent), li oriġinarjament kellhom l-hekk imsejħa networks eċċedenti, huma xierqa u proporzjonati?

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5, 7 u 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-premessi Nru 11 u Nru 20 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/899, u l-prinċipji ta’ ekwità, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ adegwatezza, jipprekludu [sistema], bħal dik introdotta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti (Artikolu 1(1030), (1031), (1031a), (1031b), (1032), tal-Legge n. 205/2017 (il-Liġi Nru 205/2017)), kif ukoll mid-deliberazzjonijiet tal-A.G.Com n. 39/19/CONS, 128/19/CONS, 564/2020/CONS u mid-dispożizzjonijiet relattivi ta’ għoti ta’ drittijiet ta’ użu tal-frekwenzi għas-servizz tat-televiżjoni diġitali, li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-aspettattivi leġittimi ta’ operatur li kiseb id-dritt li juża frekwenza fl-aħħar ta’ proċedura bil-ħlas kompetittiva li kienet tipprevedi espressament id-dritt għal frekwenza ta’ kopertura simili u għal terminu ekwivalenti tad-dritt għall-użu?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

1     ĠU 2018, L 321, p. 36

1     ĠU 2009, L 337, p. 37, rettifika fil-ĠU 2013, L 241, p. 8.A

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178.