Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Settembru 2007 - Honig-Verband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-35/06)1

("Rikors għal annullament - HYPERLINK "http://hermes.curia.eu.int:8080/cGTi/html/CelexUrl.html?command=DocNumber&lg=fr&source=Celex&numdoc=32005R1854&lg_dest=mt" Regolament (KE) Nru 1854/2005- Indikazzjoni ġeografika protetta- "Miel de Provence" - Att ta' applikazzjoni ġenerali - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Honig-Verband eV (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hagenmeyer u T. Teufer, Aavukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1854/2005 ta' l-14 ta' Novembru 2005, li jikkompleta l-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 f'dak li jirrigwarda l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" ["Miel de Provence" (IĠP)] (ĠU L 297, p. 3).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU C 86, 8.4.2006.