Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Novembru 2012 - Bauer vs UASI - BenQ Materials (Daxon)

(Kawża T-29/12) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Daxon - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DALTON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erika Bauer (Schaufling, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: BenQ Materials Corp. (Gueishan Taoyuan, it-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta' Novembru 2011 (Każ R 2191/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn E. Bauer u BenQ Materials Corp.

Dispożittiv

Alva Management GmbH hija awtorizzata tissostitwixxi ruħha għal E. Bauer bħala rikorrenti.

Ir-rikors huwa miċħud.

Alva Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 17.03.2012.