Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2015 – IDT Biologika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/12)1

(“Kuntratti pubbliċi għal provvisti – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista fis-Serbja ta’ vaċċin kontra l-idrofobija – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Attribuzzjoni tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ selezzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: IDT Biologika GmbH (Dessau-Roßlau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Gross u T. Kroupa, sussegwentement minn R. Gross u A. Mekdam, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja fil-5 ta’ Ottubru 2011 (ĠU 2011/S 222-359832) li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/130686/C/SUP/RS, li għandu bħala l-għan tiegħu il-provvista ta’ vaċċin kontra l-idrofobija għall-kampanja ta’ tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju taħt id-direzzjoni tal-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.