Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fl-1 ta’ Lulju 2021 – A Oy vs B Ky u l-komunità tal-eredi ta’ C

(Kawża C-406/21)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A Oy

Konvenuti: B Ky u l-komunità tal-eredi ta’ C

Domandi preliminari

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva prassi kuntrattwali dwar il-penalitajiet għal dewmien stabbilita bejn il-partijiet qabel is-16 ta’ Marzu 2013 fil-kuntest ta’ ordnijiet individwali, anki meta l-ordnijiet individwali li fir-rigward tagħhom jiġu applikati l-penalitajiet għal dewmien ikunu saru wara din id-data?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prassi kuntrattwali deskritta fl-ewwel domanda għandha titqies bħala klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi l-ħlas ta’ interessi moratorji jew ta’ kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru?

____________

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.