Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Wepa Hygieneprodukte et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/19) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna implimentata mill-Ġermanja favur ċerti konsumaturi kbar tal-elettriku – Eżenzjoni mit-tariffi tan-network għall-perijodu 2012-2013 – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tal-għajnuna mogħtija – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Ammissibilità – Kunċett ta’ għajnuna – Riżorsi tal-Istat – Selettività”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wepa Hygieneproukte GmbH (Arnsberg, il-Ġermanja), Wepa Leuna GmbH (Leuna, il-Ġermanja), Wepa Papierfabrik Sachsen GmbH (Arnsberg) (rappreżentanti: H. Janssen, A. Vallone u L. Kienzle, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Hermann u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs, J. Möller, R. Kanitz, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/56 tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tar-Regolament StromNEV (ĠU 2019, L 14, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Wepa Hygieneprodukte GmbH, Wepa Leuna GmbH u Wepa Papierfabrik Sachsen GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 213, 24.6.2019.