Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Novembru 2011 - Glaxo Group vs UASI - Farmodiética (ADVANCE)

(Kawża T-243/11) 

("Trade mark Komunitarja - Rappreżentazzjoni tar-rikorrenti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta' parti terza - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Benito u C. Mansell, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Farmodiética - Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda (Estarda de S.Marcos, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Frar 2011 (Każ R 665/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Farmodiética - Cosmética, Dietética e Produtos Farmacêuticos, Lda u Glaxo Group Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Glaxo Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 194, 02.07.2011.