Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-659/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013, tal-15 ta’ Mejju 2013, li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, p. 1) u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż,

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 3(1), 8 u 9(1)(a) tar-regolament ikkontestat u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2010/40/UE 1 flimkien mal-Artikoli 5(1) u 6 tagħha.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, billi adottat ir-regolament ikkontestat, qabżet il-limiti tal-awtorità stabbilita fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2010/40/UE flimkien mal-Artikoli 5(1) u 6 tagħha.It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 290 TFUE.Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, billi adottat ir-regolament ikkontestat, qabżet il-limiti tas-setgħa delegata sabiex tadotta atti mhux leġiżlattivi skont l-Artikolu 290 TFUE.It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) TUE.F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, billi adottat ir-regolament ikkontestat, qabżet il-limiti tas-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattati.

____________

____________

1 Direttiva 2010/40/UE tal-P

arlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Lulju 2010, dw