Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2013 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-660/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, fl-intier tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013, tal-15 ta’ Mejju 2013, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, p. 6) u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 5 (1), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1)(a) tar-regolament ikkontestat, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva Nru 2010/40/UE 1 flimkien mal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 tagħha

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tiddikjara li l-Kummissjoni, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, eċċediet il-limiti tal-awtorità stabbilita mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva Nru 2010/40, flimkien mal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 tagħha.It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 209 TFUEF’dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, eċċediet is-setgħa ddelegata tagħha li tadotta atti mhux leġiżlattivi skont l-Artikolu 290 TFUE.It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(2) TUEF’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, bl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, eċċediet il-limiti tas-setgħat mogħtija lilha fit-Trattati.

____________

____________

1 Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil

l, tas-7 ta’ Lulju 2010, dwar il-qafas għall-varar ta’