Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2013 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ gallettina)

(Kawża T-656/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Freitag, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 997/2013-4;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ gallettina b’wiċċ daħkani għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 133 683

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.