Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 – BP vs FRA

(Kawża T-658/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – Nuqqas ta’ tiġdid għal żmien indeterminat ta’ kuntratt għal żmien determinat – Dritt għal smigħ – Assenjazzjoni mill-ġdidt f’dipartiment ieħor sal-iskadenza tal-kuntratt – Evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt – Żnaturament tal-provi – Obbligu ta’ motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BP (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Appellata: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013, BP vs FRA (F-38/12, ĠabraSP, EU:F:2013:138), u intiż għall-annullament tagħha.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013, BP vs FRA (F-38/12, ĠabraSP, EU:F:2013:138), hija annullata sa fejn din ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), li tinsab f’ittra tas-27 ta’ Frar 2012, li l-kuntratt ta’ impjieg ta’ BP bħala membru tal-persunal bil-kuntratt ma jiġix imġeddedId-deċiżjoni tal-FRA, li tinsab f’ittra tas-27 ta’ Frar 2012, li l-kuntratt ta’ impjieg ta’ BP bħala membru tal-persunal bil-kuntratt ma jiġix imġedded, hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.BP u FRA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti kemm fil-kuntest tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll dawk sostnuti fil-kuntest ta’ din il-kawża.