Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – dm-drogerie markt vs UASI – Diseños Mireia (M)

(Kawża T-662/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti dm – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diseños Mireia, SL (Barcelona, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 911/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Diseños Mireia, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 61, 1.03.2014.