Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 – BH Stores vs UASI – Alex Toys (ALEX)

(Kawża T-657/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALEX – Trade marks nazzjonali verbali u figurattiva ALEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Assenza ta’ xebh bejn il-prodotti u s-servizzi msemmija mit-trade marks kunfliġġenti — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BH Stores BV (Curaçao, Territorju awtonomu tal-Pajjiżi l-Baxxi ) (rappreżentanti: T. Dolde, avukat, u M. Hawkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alex Toys LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal u E. Armero, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1950/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BH Stores BV u Alex Toys LLC.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.BH Stores BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż għall-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Alex Toys LLC għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 61, 1.3.2014