Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2015 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI – Kik Textilien (KICKS)

(Kawża T-532/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicks Kosmetikkedjan AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: K. Strömholm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kik Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 991/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kicks Kosmetikkedjan AB u Kik Textilien und Non-Food GmbH.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, in-nofs tal-ispejjeż tal-konvenut.