Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2011 - Altadis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-400/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Altadis, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u M. Muñoz de Juan, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara ammissibbli u tilqa' t-talba għal prova;
tiddikjara ammissibbli u tilqa' l-motivi ta' annullament ta' dan ir-rikors;
tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jiddikjara li l-Artikolu 12(5) tat-TRLIS, meta applikat għall-akkwist ta' ishma li jimplikaw il-ksib ta' kontroll, jinkludi elementi ta' għajnuna mill-Istat;
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dan jagħmel l-ordni ta' rkupru applikabbli għal operazzjonijiet li seħħew qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali li hija s-suġġett ta' dan ir-rikors fil-ĠUUE
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 1(1) u sussidjarjemant l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni sa fejn dawn jirreferu għal operazzjonijiet fil-Marokk, u
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 9566, tat-12 ta' Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta' ishma barranin.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk diġà invokati fil-Kawża T-399/11, Banco de Santander u Santusa Holding vs Il-Kummissjoni.
____________