Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 2011 - Preparados Alimenticios del Sur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal remissjoni ta' dazju fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ikel - Deċiżjoni li jiġi rritornat fajl lill-awtoritajiet nazzjonali - Talbiet għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Preparados Alimenticios del Sur, SL (Murcie, Spanja) (rappreżentant: I. Acero Campos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u L. Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, inkluż is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-ittra tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Ġunju 2011, li tinforma lir-rikorrenti dwar ir-ritorn, lill-awtoritajiet Spanjoli, tal-fajl li jirrigwarda t-talba tagħha għal remissjoni ta' dazju fuq l-importazzjoni, sabiex dawn l-awtoritajiet jippronunċaw ruħhom fuq l-imsemmija talba.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huwa rriżervati.

____________