Language of document : ECLI:EU:T:2013:194





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ April 2013 — TCMFG vs Il-Kunsill

(Kawża T-404/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Rekwiżiti minimi — Ksur — Annullament parzjali tal-att ikkontestat (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, Artikoli 20(1), u 24(3), u Anness II; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299) (ara l-punti 19-26 u d-dispożittiv 1)

2.                     Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Rikors għal annullament ta’ entità kkonċernata minn deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi — Tqassim tal-oneru tal-prova — Stħarriġ ġudizzjarju (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413 u 2011/299) (ara l-punti 30, 33-38)

3.                     Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament parzjali ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Assenza ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra r-regolament ta’ implementazzjoni li jimplementa r-regolament li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran — Żamma tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni matul perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn u għaxart ijiem mid-data li fiha tingħata s-sentenza — Ġustifikazzjoni bbażata fuq raġunijiet ta’ ċertezza legali (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 503/2011; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413 u 2011/299) (ara l-punti 42-44 u d-dispożittiv 2)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil Turbo Compressor Manufacturer (TCMFG).

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/299, sa fejn tikkonċerna lil TCMFG, jinżammu matul perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn u għaxart ijiem mid-data li fiha tingħata din is-sentenza.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn TCMFG.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.