Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2012 - Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)

(Kawża T-22/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fomanu AG (Neustadt an der Waldnaab, il-Ġermanja) (rappreżentanti T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Ottubru 2011 fil-Każ R 1518/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-appell u ta' dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Qualität hat Zukunft", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 40

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.

____________