Language of document : ECLI:EU:T:2013:632





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Novembru 2013 — MAF vs EIOPA

(Kawża T‑23/12)

“Rikors għal annullament — Sistema lingwistika — Pubblikazzjoni mill-EIOPA ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni fis-sit internet tagħha esklużivament bl-Ingliż — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Rikors li ma jippermettix li jiġi identifikat preċiżament l-att li huwa s-suġġett tat-talba għal annullament — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l-punt 29)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol li tniedi konsultazzjonijiet pubbliċi esklużivament bl-Ingliż — Att preparatorju li ma jipproduċix effetti legali awtonomi — Esklużjoni (Artikoli 263 TFUE, 267 TFUE u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1094/2010, Artikoli 10 u 16(2)) (ara l-punti 31-33, 48, 49)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol li tniedi konsultazzjonijiet pubbliċi esklużivament bl-Ingliż — Rikors ta’ kumpannija li ma għandhiex għarfien sew ta’ din il-lingwa — Assenza ta’ interess individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1094/2010, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1), Artikolu 16(2) u Artikolu 37) (ara l-punt 43)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, ta’ allegata deċiżjoni tal-EIOPA biex tippubblika l-informazzjoni fis-sit internet tagħha u, b’mod iktar partikolari, li tniedi konsultazzjonijiet pubbliċi esklużivament bl-Ingliż u, min-naħa l-oħra, tal-allegata deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-EIOPA, tas-16 ta’ Jannar 2012, li tiċħad it-talba tal-MAF bil-għan tal-irtirar tal-allegata l-ewwel deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni tal-konsultazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq kif ukoll tal-informazzjoni kollha fis-sit internet tal-EIOPA bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Mutuelle des architectes français assurances (MAF) hija kkundannata għall-ispejjeż.