Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – PT Musim Mas vs Il-Kunsill

(Kawża T-26/12) 1

[“Dumping – Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja – Aġġustament – Artikolu 2(9) u (10)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaġixxi fuq il-bażi ta’ kummissjoni – Entità ekonomika unika – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ugwaljanza u nondiskriminazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (Medan, l-Indoneżja) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn D. Geradin, avukat, u fl-aħħar nett minn E. McGovern, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Sasol Olefins & Surfactants GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); u Sasol Germany GmbH (Hamburg) (rappreżentanti: inizjalment V. Akritidis, avukat, u J. Beck, solicitor, sussegwentement V. Akritidis)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2012, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1138/2011 (ĠU L 352, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.Sasol Olefins & Surfactants GmbH u Sasol Germany GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 80, 17.3.2012.