Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta' Novembru 2010 - Taillard vs Il-Parlament

(Kawża F-97/09)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-mard suċċessiv - Arbitraġġ - Konklużjonijiet favur il-kapaċità għax-xogħol - Ċaħda ta' ċertifikat mediku ġdid maħruġ b'mod regolari - Nuqqas ta' kontroll mediku - Imputazzjoni tal-leave tal-mard fuq it-tul tal-leave annwali - Inammissibbiltà - Rikors għal annullament u għad-danni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christine Taillard (Thionville, Franza) (rappreżentanti: N. Cambonie u C. Lelièvre, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddikjara bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni sussegwenti li jitnaqsu l-ġranet tal-leave. Min-naħa l-oħra, talba għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2009, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew irrifjuta li jaċċetta ċ-ċertifikat mediku tal-5 ta' Jannar 2009 u li naqqas l-assenza ta' C. Taillard mis-6 sad-9 ta' Jannar 2009 mill-leave annwali tagħha hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn C. Taillard.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010, p.81.