Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2011 - El Corte Inglés vs UASI - Chez Gerard (CLUB GOURMET)

(Kawża T-571/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, avukat, u J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 1946/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, jekk issir parti fil-kawża u topponi r-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CLUB GOURMET" għal prodotti fil-klassijiet 16, 21, 29, 30, 32 u 33.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali "CLUB DEL GOURMET, EN ... El Corte Inglés", applikazzjonijiet għat-trade mark nazzjonali verbali "EL SITIO DEL GOURMET" u għat-trade marks nazzjonali u Komunitarja "CLUB DEL GOURMET" għal servizzi fil-klassi 35.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________