Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Marzu 2013 - El Corte Inglés vs UASI - Chez Gerard (CLUB GOURMET)

(Kawża T-571/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLUB GOURMET - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CLUB DEL GOURMET, EN.... El Corte Inglés - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Argumenti u provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta' Lulju 2011 (Każ R 1946/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    El Corte Inglés, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 14.01.2012.