Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2013 – JAS vs Il-Kummmissjoni

(Kawża T-573/11)1

[“Unjoni doganali – Importazzjonijiet ta’ qliezet tal-jeans – Frodi – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1430/79 – Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali – Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni – Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari – Klawżola ta’ ekwità – Deċiżjoni tal-Kummissjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: JAS Jet Air Service France (JAS) (Mesnil-Amelot, Franza) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, L. Keppenne u C. Soulay, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Awwissu 2011, li tikkonstata, f’każ partikolari, li ma huwiex ġustifikat li jinħafru d-dazji fuq l-importazzjoni (Każ REM 01/2008).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.JAS Jet Air Service France (JAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.