Language of document : ECLI:EU:T:2014:974





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 —
Out of the blue vs UASI — Dubois et (FUNNY BANDS)


(Kawża T‑344/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FUNNY BANDS — Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti FUNNY BANDS — Isem ta’ dominju tal-internet nazzjonali preċedenti ‘www.funny-bands.com’ — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Ċaħda tal-oppożizzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Portata lokali tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punti 22-25)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali li jirregola s-sinjal invokat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 36)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Trade mark verbali FUNNY BANDS — Isem kummerċjali FUNNY BANDS u isem ta’ dominju tal-internet www.funny-bands.com (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(4)) (ara l-punt 37)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ April 2013 (Każ R 542/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Out of the blue KG u Frédéric Dubois et.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Out of the blue KG hija kkundannata għall-ispejjeż.