Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Frar 2012 - AMC-Representações Têxteis vs UASI - MIP Metro (METRO KIDS COMPANY)

(Kawża T-50/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AMC-Representações Têxteis Lda (Taveiro, il-Portugall) (rappreżentant: V. Caires Soares, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 2314/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut u, fejn xieraq, lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant(i) għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "METRO KIDS COMPANY", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 24, 25 u 39 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8200909

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru 852751 għat-trade mark figurattiva "METRO", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li t-trade marks kunfliġġenti kienu simili u l-probabbiltà ta' konfużjoni u/jew assoċjazzjoni ma setgħux jiġu esklużi.

____________