Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2021 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/13 RENV)1

(Rikors għal annullament u għad-danni – Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007–2013) – Proġetti MARE, Senior u ECRN – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirkupra s-somom imħallsa indebitament – Rikorrent li waqaf jirrispondi għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (Bucarest, ir-Rumanija)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Moro, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4693 final tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma totali ta’ EUR 212 411.89, flimkien mal-interessi, li kienet tħallset lilha fil-kuntest tal-proġetti MARE, Senior u ECRN u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea u Inclusion Alliance for Europe GEIE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri fil-Kawżi T-539/13, C-378/16 P-R, C-378/16 P u T-539/13 RENV.

____________

1     ĠU C 15, 18.1.2014.