Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-193/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u G. Gattinara, aġenti)

Konvenut: ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma elaboratx u implimentatx pjan uniku jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex titratta l-vetturi prijoritarji ta’ speċijiet aljeni invażivi u billi ma ttrażmettietx jew ittrażmettiethom b’dewmien lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti mill-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi 1 ;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’motiv uniku tar-rikors, il-Kummissjoni ssostni li, billi ma elaboratx u implimentatx pjan uniku jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex titratta l-vetturi prijoritarji ta’ speċijiet aljeni invażivi u billi ma ttrażmettietx jew ittrażmettiethom b’dewmien lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti mill-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi.

B’mod partikolari, fid-data tal-iskadenza tat-terminu indikat fl-opinjoni motivata, jiġifieri d-9 ta’ April 2022, il-konvenuta ma elaboratx u ma implimentatx pjan uniku jew serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex titratta l-vetturi prijoritarji ta’ speċijiet aljeni invażivi skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament, u lanqas ma kkomunikat mingħajr dewmien tali pjan jew tali serje ta’ pjanijiet skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament.

____________

1     ĠU 2014, L 317, p. 35.